Id-disinjaturi lokali Charles u Ron, mid-ditta Charles & Ron qed jagħmlu xi ħaġa li tmur lil hinn mill-moda! Qed jagħmlu xi ħaġa ta’ ġid immens ’il bogħod minn pajjiżna! X’qed jagħmlu mela?

Charles u Ron qed jaħdmu fuq proġett ġewwa Mumbai, fl-Indja. Qed jagħmlu dan il-proġett sabiex jgħinu lil min hu fil-bżonn! Fil-fatt qed jgħinu sabiex jibnu library café għat-tfal tat-triq.

Fortunatament ix-xogħlijiet reġgħu qed jitkomplew sabiex il-ħolma ta’ Charles, Ron u nies f’Mumbai ssir realtà. Però jeħtieġu iżjed donazzjonijiet biex dan il-proġett jitlesta.

Jekk tixtieq li tgħin sabiex dan il-proġett jasal fi tmiemu u fl-istess ħin tkun qed tgħin lit-tfal f’Mumbai, ikkuntattja lil Charles ħalli jgħidlek x’għandek tagħmel biex tgħaddi d-donazzjoni tiegħek!

F’isem Gwida.mt nixtiequ nifirħu lil Charles u Ron ta’ dan il-ġest nobbli! Li tgħin lil nies fil-bżonn hija xi ħaġa mill-isbaħ!

Facebook / Charles Van Maarschalkerweerd Borg


Yasmin Camilleri