Mhux l-ewwel darba li jiġina l-aptit nippakkjaw il-bagalji u nerħulha ‘l hemm biex nesploraw waħda d-dinja, u Taryn Mamo Cefai żgur mhix nieqsa minn dan is-sentiment. Vjaġġatura frekwenti, Taryn din id-darba rħitilha għall-Indoneżja, u mill-aġġornamenti li tellgħet fuq il-profil tagħha ta’ Instagram, naraw fil-pront kif iż-żjara tagħha hemm mhux biss miżgħuda bil-veduti bellezzi mistennija, iżda wkoll b’esperjenzi li mhuma bl-ebda mod bħal tas-soltu.

Taryn

Instagram / @tarynmamocefai

Jeħtieġ insemmu, fuq kollox, l-esperjenza li kellha ma’ oħtha Sarah, fejn it-tnejn li huma kellhom sezzjoni ħelwa jduqu tipi differenti ta’ te u kafè. Li troddha esperjenza unika, però, huwa kif ċertu capuccino li daqu kien mżewwaq... bil-ħmieġ tal-qtates. Hekk hu: jidher li dawn l-aħwa marru jduqu l-Kopi Luwak, tip ta’ kafè li, għalkemm l-ingredjent prinċipali jidher pjuttost disgustanti, huma jisħqu fuq kif ma jintegħimx differenti minn kwalunkwe kafè ieħor.

Din iż-żjara fin-nazzjon orjentali serviet ukoll ta’ opportunità f’waqtha li l-personnalità tikxef l-abbiltajiet tagħha fejn jidħol iż-żfin: Taryn tagħtina lemħa għat-18-il sena ta’ esperjenza fil-ballet hekk kif tfaqqa’ poża f’nofs l-ajru quddiem il-Grada ta’ Handara, monument rikonoxxut bħala l-mogħdija lejn is-serenità.

Matul is-safra hija tidher ukoll qed titbandal fil-għoli mdawra bil-ħdura, kif ukoll tfittex kaskata sigrieta f’qalb il-ġungla.

Instagram / @tarynmamocefai


Kurt Gabriel Meli