L-ewwel staġun tal-ewwel pajjiż li fih qatt sar X Factor kien fir-Renju Unit fl-2004. Fis-sittax-il sena tiegħu, Simon Cowell iddeċieda li jagħti dehra ġdida lill-programm.

Fejn is-soltu nsegwu nies normali u li forsi għaddejin minn żmien diffiċli f’ħajjitom jinbidlu għal stilel tax-xena mużikali, din is-sena l-programm ser ikun ibbażat fuq ċelebritajiet li huma diġa popolari iżda mhux magħrufa għat-talent tagħhom fil-kant. Li mhux ser jinbidel hu li r-rebbieħ xorta ser jingħata kuntratt tal-mużika.

Fost il-parteċipanti nsibu, atturi, żeffiena, stilel ta' reality shows, preżentaturi, personalitajiet ta' YouTube, ġurnalisti u anke pleyers tar-rugby!

Il-ġurija għal din il-verżjoni tal-programm huma 3, Nicole Sherzinger, Louis Walsh u ovvjament Simon Cowell.

Apparti din il-verżjoni l-ġdida X Factor ser ikollu verżjoni oħra din is-sena, imlaqqma All Stars. Hawnhekk ser naraw ftit mill-aqwa talent u suċċessi li pproduċa dan il-programm massiv Ingliż.

Fost l-ismijiet ikkonfermati għal din il-verżjoni, nsibu lil:

Leona Lewis rebbieħa fl-2006
Alexandra Burke rebbieħa fl-2008
Shayne Ward rebbieħ fl-2005
James Arthur rebbieħ fl-2012
Fleur East it-tieni post fl-2014

...u parteċipanti oħra bħal Stevi Ritchie (2014), Jedward (2009), Wagner (2010) u Honey G (2016).

U inti liema verżjoni tippreferi? Taċ-ċelebritajiet, tal-istilel passati, jew dik oriġinali?

Infakkrukom ukoll li X Factor Malta jirritorna llejla għat-tieni episodju.


Luke Borg