Ilbieraħ, fl-aħħar jum ta’ bootcamp il-ġurija ta’ X Factor Malta, Howard, Ira, Alex u Ray ġew mogħtija l-kategorija tagħhom. Għalkemm aħna fadlilna ftit sabiex inkunu nafu liem kategorija ħa jkunu qed jieħdu ħsieb il-ġurija ta’ X Factor, ħsibna sabiex insaqsu lilkom biex naraw liem kategorija kieku tagħżlu għalihom.

Howard Keith

Ira Losco

Alexandra Alden

Ray Mercieca

Tajjeb li nfrakkru li s-sena l-oħra, Howard mexxa l-bniet, Ira mexxiet is-subien, Alex kellha l-gruppi filwaqt li Ray kien inkarigat li jieħu ħsieb l-overs. Tgħid ħa jkollna bidla ta’ taħt fuq din is-sena jew inkella xi ħadd minnhom ħa jerġa’ jispiċċa bl-istess kategorija li kellu s-sena l-oħra? Ikun sabiħ li kieku narawhom jieħdu ħsieb kategoriji varjati minn dawk li rajna s-sena l-oħra.

Facebook / X Factor 


Emil Calleja Bayliss