Diġà beda għaddej il-proċess ġmielu għat-tieni staġun tas-sensiela X Factor Malta u għalkemm s’issa xejn uffiċjali għadu ma tħabbar, il-kantanti li qed jaspiraw li jieħdu sehem f’dan il-programm kellhom sat-12 t’April sabiex jappilkaw sabiex jittantaw xortihom biex ikunu propju huma r-rebbieħa ta’ din it-tieni edizzjoni.

Wieħed jistenna li naraw numru ta’ uċuħ ġodda li ma rajnix fl-ewwel sensiela, però żgur mhux forsi uħud qed jistennew b’ħerqa t-tieni staġun biex forsi jaraw uħud mill-aktar ismijiet li impressjonaw fl-ewwel staġun, iżda ma kinux ixxurtjati biżejjed li l-vjaġġ tagħhom ikompli sal-aħħar fażi tal-kompetizzjoni, dik tal-live shows.

Għażilna dawn is-sitta għax lilna ħallewna b’ħalqna miftuħ! Milli jidher mhux lilna biss però għax uħud minnhom il-filmati tagħhom saħansitra waslu fuq ic-channel popolari ta’ X Factor Global. Dawn huma xhieda ta’ kemm għandna talent f’din il-gżira u ċerti li din is-sena, l-X Factor ħa jerġa’ jservi ta’ spazju għal kantanti li s’issa qatt ma kellhom iċ-ċans jidhru fuq skala nazzjonali.

Gail Attard

Michela Galea

Nicole Borg

Isaac Mercieca

Miguel Bonello

Anna Faniello

X’taħseb minn dawn is-sitta? Kellek xi favorit jew favorita? Kienu impressjonawk lilek ukoll, jew forsi kont iżżid lil xi ħadd ieħor magħhom? Jekk iva, għidilna lil min! Taħseb li jerġgħu jieħdu ċans, jew forsi kienet ta’ darba din u daqshekk! Ħa tkunu qed isegwu t-tieni staġun ta’ X Factor Malta? Iktbilna hawn taħt, nixtiequ inkun nafu l-oppinjoni tiegħek.

Instagram / X Factor


Emil Calleja Bayliss