Illum tibda t-tellieqa tat-tieni staġun ta’ X Factor Malta u mill-ftit ritratti li sabu ruħhom fuq il-midja soċjali wara l-filming li sar is-Sibt, Gwida.mt innota numru ta’ uċuħ ġodda li tista’ tgħid dejjem impressjonaw bil-vuċi tagħhom.

Ċerti li hemm ħafna aktar li ħa naraw tul l-istaġun ta’ X Factor Malta, imma ħsibna li naqsmu magħkom dawn it-tlett ismijiet. Xejn xejn, nibdew nidħlu ftit ftit fix-xena ta’ dak kollu li għandna nistennew din is-sena. Araw x’taħsbu minn dawn it-tliet tfajliet.

Demi Galea

Kylie Meilak

Charisse Vassallo

It-tlieta li huma jidher li għandhom talent kbir u deheru fost l-oħrajn fuq The Entertainers Singing Challenge, programm li anke Michela Pace ħadet sehem fih aktar minn darba. Demi u Kylie infatti kien fost ir-rebbieħa tal-aħħar staġun, filwaqt li Charisse kienet fost ir-rebbieħa fl-istaġun ta’ qabel.

Nistennew u naraw x’ħa joffru lil ġurija din is-sena minn Ottubru li ġej. Min jaf jekk ikunux fost il-finalisti li għandna naraw din is-sena.

Facebook / X Factor Malta 


Emil Calleja Bayliss