Għal darboħra llejla ser ikompli d-drama 'L-Ispettur'. Drama li qed tiġbed ħafna interess lokali għal mod kif ġie mwassal u miktub. Mario Philip Azzopardi qal li tal-lum, "'X'aktarx wieħed mill-aqwa episodji li qatt ktibt għat-televiżjoni".

Lkoll nafu kemm dan ir-raġel kiteb u ħa ħsieb produzzjonijiet kbar u dan jidher li ser ikun wieħed li ser jibqa' msemmi għalih. Mario jgħid li kien qed jistenna bi ħġaru biex jidderiġi xeni diffiċli, "imma kont ċert li minħabba l-atturi li kelli ix-xorti naħdem magħhom, kien se jirnexxielna nwasslu siegħa televiżiva mill-aqwa".

Illejla jmiss l-ispettur ikellem lil Leila u l-familja tagħha. Leila hi karratru interpretat mill-bravissima Sarah Camilleri li skont Mario Philip, "ċert se  timpressjonakhom bil-kbir". Tinsewx illejla l-Ispettur fit-8:50pm fuq TVM.


Anthony Baldacchino