Il-Viċi-Sindku tal-Belt Valletta qasam l-aħbar ta' Anna Gouder. Hu kiteb, "X'aħbar kerha dalgħodu. Anna Gouder ħalliet din id-dinja. Anna kemm kont mara ta' kuraġġ."

Hu jżid, "Ġejt inżurek fl-aħħar jiem u tkellimna fuq il-kuraġġ li kellek. Id-destin kien mod ieħor. Ħabbejniek sal-aħħar u ser nibqa' ngħożż dan kollu għal dejjem."

Hu jgħaddi l-kondoljanzi tiegħu u jitlobha xi ħaġa partikolari, "Kondoljanzi lill-familjari kollha. Sellilna għall-beltin kollha. Issa strieħ sabiħa tagħna. Sakemm niltaqgħu itlob għalina mill-post li tinsab fih."

Aħna f'isem Gwida.mt, insellmu l-memorja ta' Anna, aħna ningħaqdu mal-Viċi Sindku biex ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tagħha kollha. Strieħ fis-sliem Anna.

Facebook / Anna Gouder


Emil Calleja Bayliss