Fl-aħħar xhur nhar ta' Ġimgħa fuq ONE konna qed insegwu edizzjoni oħra ta' Min Imissu?. Programm li mill-bidu tiegħu seraq il-qlub tat-telespettaturi kollha, u baqa' jissaħħaħ sal-lum il-ġurnata. 

Madanakollu, jidher li dan il-programm ser ikun qed jieqaf, u minfloku, Take//2 ħa jkunu qed jagħtuna l-kummiedja bl-isem Miraklu Ta' Ħal-Saflieni. Fost l-atturi li ħa nkunu qed insegwu hemm Davide Tucci, li ħa jkun qed jaħdem il-parti ta' Fr. Randolph. Davide fuq il-profil tiegħu ħabbar dan;

"Dan huwa Fr. Randolph li minbarra li jieħu ħsieb il-Kappella ta' Ħal-Saflieni u il-komunità tagħha (li dejjem tiċkien), irid ukoll ilaħħaq mal-ġenn kontinwu li jivvinta ħuħ il-‘Paps’. Segwu din il-kummiedja minn nhar il-Ġimġħa 14 ta' Jannar fuq ONE"

Ċertament li Min Imissu? ser jibqa' għal qalb ħafna minnkom, madanakollu naħseb li tinsabu ħerqana taraw lil Fr. Randolph u karattri oħra! Lesti għal din il-kummiedja?


Kyle Zarb