Apparti l-kumpanija sabiħa li dejjem iżommulkom fuq ir-radju, il-preżentaturi maħbubin magħkom is-segwaċi Dorian u Amber għal dawn l-aħħar ġimgħat kienu qed jaġġornawkom f’dak kollu li hu relatat mal-Eurovision. Fil-programmi preċedenti smajna b’ħafna mumenti indimentikabbli mill-passat waqt dan l-avveniment prestiġjuż, kif ukoll ġeddidna diversi memorji.

Dorian u Amber kienu qed jippreżentaw dawn il-programmi fuq TVM minn diversi postijiet fejn inħaddmu l-music videos ta’ xi wħud mill-kanzunetti Maltin li rrapreżentawna fil-Eurovision. Kif ħabbru diġà fuq ir-radju, ser ikunu anke qed jagħmlu kummentarju LIVE  tal-Eurovision fuq ir-radju, kemm fiż-żewġ semifinali kif ukoll fil-finali. L-istess trażmissjoni tistgħu ssegwuwha minn fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook ta’ Television Malta.

fg

Ritratt: Pix by P

Apparti minn hekk Dorian u Amber ħa jkollhom intervista interessanti immens ma’ DJ maħbub mid-dinja kollha fil-programm t’għada l-Ħadd. Biex nagħtu ħjiel, dan huwa mużiċist ta’ fama internazzjonali li min jaf kemm smajtu diski minn tiegħu fuq ir-radju jew waqt xi party! Mistednin waqt il-programm ser ikun hemm anke kantanti u mużiċisti li diġa kienu ħadu sehem fil-Eurovision!

Dak mhux kollox! Għada l-programm ser ikun qed jixxandar minn post li huwa relatat mal-Malta Eurovision. Post mimli memorji sbieħ mis-snin ta’ qabel u li ra diversi emozzjonijiet, kemm ta’ ferħ u ħafna drabi anke ta’ tensjoni! Żgur li ser toġħġobkom l-idea! Fejn taħsbu li ser imorru fil-programm t’għada?!

fd

Għidulna x’taħsbu fil-kummenti u żommu ruħkom aġġornati fuq il-paġna Ta’ Dorian Cassar, Amber u Television Malta.

Pix by P


Kyle Zarb