Viċin 100 qattus u qattusa se jkunu qed iwasslu wirja waqt il-Malta Jubilee and International Cat Show - spettaklu li jdum tlett ijiem fi tmiem il-ġimgħa li ġej.
Tistgħu timmaġinaw kemm ser jisirqu qlub dawn il-ħlejjaq innoċenti li fihom tammira s-sens ta' personalità lussuża li għandhom. Esebituri minn 16-il pajjiż differenti, saħansitra Filippini u Tajlandiżi, se jkunu Malta biex jingħaqdu u jkunu parti minn dan l-ispettaklu estravaganti organizzat mill-Malta Feline Guardians Club.
Din hija l-ewwel darba li dan l-avveniment qed isir fuq tlett ijiem, hekk kif ħa jibda għada l-Ġimgħa, 13 ta’ Diċembru u jibqa’ għaddej sal-Ħadd, 15 ta’ Diċembru. Ser ikun hemm membri tal-ġurija internazzjonali inkarigati li jagħtu l-ġudizzju tagħhom.
Razez rari bħall-Toyger, Mau Eġizzjan u d-Devon Rex se jkunu fost il-25 razez differenti li ħa jiġbdu l-attenzjoni. Il-viżitaturi se jkollhom iċ-ċans jitgħallmu dwar il-karatteristiċi u l-istorja tal-qtates waqt l-avveniment ta’ tlett ijiem li se jsir fil-Lukanda Intercontinental, San Ġiljan, bejn l-10.30 u s-18.30.
Id-dħul għall-ispettaklu tal-qtates huwa b’xejn. Għal informazzjoni żur www.maltacatshows.com jew ċempel 9990 1846