F’April li għadda l-MSPCA laqgħu għandhom il-kelb Winston wara li dan ġie kkonfiskat mill-Animal Welfare.

Meta laqgħuh, Winston kien bil-ġuħ, bil-għatx u anke kien underweight minħabba li għand min kien ma kienx jitimgħu sew u kemm suppost. Apparti minn hekk, il-post fejn kien joqgħod ma kienx addattat għalih. Dan kien jiżen 27 kilo u kellu l-għadam jidhru. Sidu kien qal lil MSPCA li l-kelb għandu bejn 13 u 14-il sena imma dawn indunaw li, fil-verità kien għad kellu 10 snin.

Issa grazzi għall-ħidma tal-MSCPA Winston qed jiżen ftit aktar minn 40 kilo u qed jidher ħafna aħjar minn kif kien daqs erba’ xhur ilu.


Henzley  Bezzina