Jidher li Mya u JD Patrick imorru lura bosta snin ilu! Meta tkellimna ma' Mya f'kumment biex naraw tiftakarx xi episodju umortiku ma' JD qaltilna, “Ilni naf lil JD mill-ewwel ġurnata ta’ Vibe anzi qabel, għax bdejna dan il-vjaġġ flimkien bħala DJs fuq VIBE 10 snin ilu. Proprju 11-il sena fl-1 ta’ Ġunju li ġej."

Ovvjament tul dawn is-snin kollha, Mya għandha minjiera ta' episodji li ġraw imma donnu waħda partikolari tibqa' f'moħħha. "Għandi ħafna episodji fuq JD però wieħed mill-iktar mumenti li huma kemxejn umoristiċi huma JD u l-gym. Għamilt żmien bħala Personal Trainer tiegħu qabel ma żżewweġ."

Hi tkompli tgħidilna, "Kull darba li nispiċċaw training, jidher meħlub wara workout tajjeb li nkun tajtu. Bla dubju ma jiqfux it-tgergir u l-ħars kif jagħti hu, ma’ kull workout li nordnalu jagħmel."

Nistqarru li nimmaġinawh speċjalment mir-rakkonti tiegħu fuq ir-radju imma kulħadd b'xi delizzju jew ieħor.

Facebook / Mya Vibefm


Emil Calleja Bayliss