Illum jiċċelebra għeluq sninu l-preżentatur Mark Laurence Zammit li bħalissa qed jippreżenta l-programm L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa, kull nhar ta' Erbgħa fuq TVM. Ma setax jonqos li f'dan il-jum Mark jirċievi bosta u bosta awguri mingħand nies differenti!
Il-ħabib kbir tiegħu Fabian Demicoli ħallielu messaġġ tassew ħelu, "Happy Birthday lil wieħed mill-aktar persuni ta' talent, umli, twajjeb u ħabib tal-qalb! Illum biss taħsibx fix-xogħol!" Kull min jaf lil Mark, jaf kemm għandu għal qalbu kull ħaġa li jagħmel u Fabian ma setax ma jfakkrux biex imqar għal-lum biss jieħu daqsxejn ta' pawża mix-xogħol.
Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Mark l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż u nittamaw li jkollu ġurnata mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbu. Nawgurawlu sena mimlija saħħa, suċċess u hena. Awguri Mark!
Facebook / Mark Laurence Zammit