Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet saret il-kompetizzjoni Mrs Locality imtella’ minn Gaffiero Productions u r-rebbieħa kienet Alice Agius minn Birkirkara. Probabbli qed tgħidu kemm għandha wiċċha familjari, oħt Alice hi ħadd ħlief il-preżentattriċi Angela Agius u n-neputija tagħha hi Lara Azzopardi!

Ritratt: Facebook / Alice Agius

Huma ħafna li jxebbhu lil Lara, maz-zija tagħha Alice u jkollna nammettu li x-xebh hu wieħed ċar. Alice kitbet li dan it-titlu jfisser ħafna għaliha u se tibqa’ tħaddan din ir-rebħa għal dejjem. Esprimiet kemm hi ferħana bir-riżultat miksub!

Ritratt: Facebook / Alice Agius / DV Photography

Alice ħadet l-opportunita sabiex tirringrazzja lil Ivan Gaffiero u lil dawk kollha li dejjem kienu hemm għaliha, inkluż il-familja tagħha. Jidher biċ-ċar li huma familjar ferm qrib ta' xulxin.

Ritratt: Facebook / Alice Agius

Ir-rebħa ta’ Alice u konkors bħal dawn li jorganizza Ivan Gaffiero huma xhieda ta’ kemm meta persuna tikber ma jfissirx li għandha tintelaq jew hekk. Wieħed dejjem għandu jkun l-aqwa verżjoni li jista’ jkun u Alice żgur li hi xhieda ta’ dan kollu.

Ritratt: Facebook / Alice Agius

Minn hawn nixtieq li nieħu l-opportunità sabiex nifraħ lil Alice u r-rebbieħa kollha li ħadu sehem fil-konkors tas-sbuħija ta’ Ivan Gaffiero. Konkors bħal dawn żgur li qed jagħmlu ħafna ġid u jgħinu fil-kunfidenza tal-persuna.

Facebook / Alice Agius / DV Photography


Emil Calleja Bayliss