Dawk kollha li lbieraħ segwew l-aħbarijiet tal-bieraħ, raw lil Massimo Axisa jmexxi l-aħbarijiet tat-tmienja għall-ewwel darba. Massimo żgur li mhux wiċċ ġdid għat-telespettaturi iżda lbieraħ, kien għall-ewwel darba fit-tmun.

Numru ta' qarrejja tagħna faħħru l-mod kif Massimo mexxa l-aħbarijiet u qalulna li kien tassew naturali fil-preżentazzjoni tiegħu. Wara li telqu numru ta' xandara li konna drajniehom jaqraw l-aħbarijiet konna qed nistennew aktar uċuħ ġodda u Massimo jidher li qata' figura tajba mmens.

Aħna f'isem Gwida.mt, nawgurawlu aktar u aktar suċċessi.


Emil Calleja Bayliss