Permezz tal-profile tagħha, Annalise Ellul ta' Annalise Dance Studio, tħabbar li hi flimkien maż-żeffiena tagħha ħa jkunu qed jitfħu s-serata finali tat-tieni staġun ta' Malta's Got Talent.

Hi tibda billi tgħid, "Wiċċi juri kemm jien għajjiena!! Imma qatt ma nħalli l-għeja twaqqafni milli nagħti lill-istudenti tiegħi opportunitajiet u esperjenzi li jdumu tul ħajti kollha..."

Annalise tkompli, "Jien imbierka bi tfajliet mill-aqwa, id-daħk li naqsmu, id-dmugħ ta’ ferħ, id-dmugħ ta’ diżappunt, l-għaraq ta’ xogħol iebes..."

Hi ttemm tgħid, "Ħidma f'tim fl-aqwa tagħha! Ejja nagħmlu dan flimkien. Il-ftuħ tal-ispettaklu finali ta’ Malta’s Got Talent."

Awguri lil Annalise Dance Studio u lill-finalisti kollha! Ninsabu ċerti li ħa tagħtu spettaklu mill-aqwa!

Facebook / Annalise Ellul


Emil Calleja Bayliss