Għal min forsi għadu ma sema’ xejn, ilbieraħ fuq il-progtramm ta’ X Factor Ben Camille waqa’ minn fuq il-palk quddiem kulħadd.

Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, Ben ixxerja l-filmat u qal “Għadni ħaj! Apparti ċ-ċajt, grazzi tal-messaġġi kollha, ninsab tajjeb u għadni nidħaq bijja nnifsi.”

carina

Ommu Carina Camilleri ukoll ixxerjat il-filmat fuq Facebook. Fil-kummenti hi tgħid li fil-verità, dakinhar li waqa’ Ben weġġa’ spalltu u damet tuġgħu mhux ħazin. Fil-kummenti kitbet ukoll li “Xi idjoti jaħsbu li għamilha apposta”.

howard

Howard Kieth ukoll tkellem fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu u qal li kien inkwieta li Ben weġġa’ sew. Ikkonferma wkoll li dan l-aċċident kien veru u mhux xi stunt.

Facebook/X Factor Malta/Carina Camilleri


Nicole Barbara