Sean Gravina fuq il-profil tiegħu għamel appell, "Wasal iż-żmien l-awtoritajiet jintervjenu u jagħlqu paġni mhux uffiċjali li qed iħabbru numri tal-Corona bħat-tombla. Dan qed joħloq pressjoni eċċessiva fuq in-nies u wkoll ansjetà."

Hu jappella biex wieħed jagħlaq ħalq dawn in-nies u jgħid ukoll biex wieħed jieqaf isegwi paġna bħal dawn. L-istess kliem inkiteb minn Alan Darmanin, li hu ikarigat minn Miss Universe Malta fejn appella biex wieħed isegwi biss iċ-ċifri uffiċjali.

Hu jgħid li dan il-fatt qed joħloq problemi ta' saħħa mentali f'diversi individwi.


Emil Calleja Bayliss