Jeanesse Abela hija mara li tuża s-siġġu tar-roti u minħabba f’hekk issib ċertu sfidi fil-ħajja ta’ kuljum. Hi spjegat dwar kemm hi diffiċli għaliha li titla fuq tal-linja.

Jeanesse kitbet, “Wasal iż-żmien li nbiddlu l-karozzi tal-linja ta’ Malta biex nagħmluhom eħfef biex nidħlu u noħorġu minnhom. Li għandna huma diffiċli biex nidħlu fihom u iżjed diffiċli biex induru minħabba nuqqas ta’ spazju.”

Hi wriet xi ritratti ta’ karozzi tal-linja barra minn Malta u esprimiet kemm huma iżjed komdi biex tinżel u titla minn fuqhom bis-siġġu tar-roti.

Spiċċat il-paragrafu tagħha billi kitbet, “Qabel tibdew tikkummentaw jew tiġġudikaw misskom tippruvawha intom billi tużaw is-siġġu tar-roti tiegħi imbagħad għiduli kif mortu!”

Intom taħsbu li wasal iż-żmien għall-bidla?

Facebook / Jeanesse Abela


Gabriella Borg