Illum jibda Chalet u wieħed mill-produtturi ta' din is-sensiela Steven Dalli kiteb fuq il-midja soċjali, "Wasal il-jum meta kulħadd jista’ jara Chalet! Il-vjaġġ ma kien faċli xejn; il-produzzjoni u d-direzzjoni ta' din is-serje kienet sfida oħra."v

Hu jkompli jgħid, "Madankollu ninsab super kuntent li nkun imdawwar minn tim mill-isbaħ! Flimkien ħdimna serje oħra li tmur lura fiż-żmien. Go investiet fit-talent lokali; u ħadu wkoll il-pass biex jipproduċi l-kontenut tagħhom stess. Din kienet kollaborazzjoni siewja ma’ Sharp Shoot Media Ltd li fiha twieled l-ewwel proġett ta' Go Originals; Chalet."

Hu jtemm jgħid, "Grazzi wkoll tmur lill-Malta Film Commission talli dejjem appoġġjat produzzjonijiet lokali." Fl-aħħar Steven ifakkar lil kulħadd sabiex illejla jaraw Chalet fid-20:45.


Emil Calleja Bayliss