Il-kap tal-iskola primarja tar-Rabat Għawdex Lelio Spiteri qasam fuq Facebook illi wara xahrejn, reġa’ daħal jaqdi l-irwol tiegħu fl-iskola. 

Hu jikteb “Mhux faċli terġa’ ssib saqajk. Iżda bil-għajnuna ta’ sħabi l-edukaturi, tal-iskrivana, il-purtinara u tal-istudenti nfushom, erġajt bdejt nirranka, pass pass, ġurnata b’ġurnata.” 

Fl-Istrina lil Lelio rajnieh deskritt mill-istudenti tiegħu bħala bniedem li ħalla impatt kbir f’ħajjithom. 

 Filwaqt li jirringrazzja lil ta’ madwaru, Lelio jesprimi “Inqis kull jum bħala miraklu.”

 Aħna, mit-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Lelio esperjenza tajba fl-iskola mill-ġdid!


Marija Bellia