“Wara Tant Snin Imċaħħda Minn Diversi Stazzjonijiet Milli Naqra L-Aħbarijiet Sempliċiment Għax Qawwija, Illum Wasalt” – Maria La Barokka Muscat

Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat fetħet qalbha mas-segwaċi tagħha dwar suġġett personali.

Hi spjegat, “Grazzi lil Clint Gerald Attard. Dan ir-ritratt ifisser li wara tant snin imċaħħda minn diversi stazzjonijiet milli naqra l-aħbarijiet sempliċiment għax qawwija, illum wasalt. Messaġġ biex tibqa’ temmen fik innifsek u ma taqta’ qalbek qatt anki jekk dejjem tkun stmata inqas minn ħaddieħor jew jagħlqulek il-bieb f’wiċċek. Ibqa’ emmen fik innifsek u f’Alla l-Imbierek.”





Nawgurawlha mill-qalb talli l-ħolma tagħha li diversi drabi ġiet imċaħħdha minnha, issa saret realta`. Tassew għandha tħossha kburija biha nnifisha li rnexxielha tasal s’hawn. L-istorja tagħha hi ta’ ispirazzjoni għalina lkoll biex qatt ma naqtgħu qalbna fil-ħajja, iżda nibqgħu nagħmlu ħilitna biex inwettqu l-ħolm tagħna.

Facebook / Maria La Barokka Muscat



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI