Il-kantanta Ingliża Jessie J ħasdet lid-dinja dalgħodu b'aħbar kerha immens, hekk kif ħabbret li kienet ħarġet tqila u korriet. Jessie J tirrakkonta kif kienet qed tgħid lil sħabha li dik il-lejla waqt il-prestazzjoni li kellha, riedet tħabbar pubblikament dwar it-tqala tagħha.
Kien propju wara t-tielet vista tagħha fejn ħadet l-aħbar xokkanti li "ma kienx għad hemm qalb tħabbat", u kienet tilfet it-tarbija. Jessie tisħaq li tinsab b'qalbha maqsuma f'elf biċċa u emozzjonalment ħażin ħafna. Madankollu tikteb li l-prestazzjoni xorta ħa ssir, u lesta biex tkanta.
"Dalghodu... Inħoss li m’għandi l-ebda kontroll fuq l-emozzjonijiet tiegħi. Jista’ jiddispjaċini li qed nxerred dan il-post. Jista' jkun le. Propjament ma nafx. Li naf hu li rrid inkanta llejla. Mhux għax irrid nevita n-niket jew il-proċess, imma għax naf li l-kant illejla se jgħinni."
Solidarjetà mal-kantanta Ingliża.