Meta din it-tifla ħelwa kien għad kellha biss sentejn, ħarġilha kanċer. Naomi kellha tqatta’ ħames xhur fl-isptar tal-Ingilterra, flimkien mal-familjari tagħha. Puttinu Cares kien hemm għalihom u pprovdielhom dar fejn joqogħdu, f’dan iż-żmien hekk diffiċli.
Minkejja li sfortunatament Naomi tilfet il-battalja kontra l-kanċer, ommha xorta baqgħet turi l-gratitudni tagħha lejn Puttinu Cares. Fil-fatt għadha sal-lum tgħin lil Puttinu Cares maratona wara oħra. Omm Naomi temmen fil-proġett ta’ Puttinu Cares ġewwa ċ-ċentru ta’ Londra. Tant hu hekk li din is-sena se terġa’ tkun preżenti waqt il-maratona!
Għada, is-Sibt u l-Ħadd il-maratona ta’ Puttinu Cares! Inħeġġukom sabiex tattendu għax apparti li se tkun maratona ta’ sittin siegħa mimlija divertiment, jekk tattendi tkun qed tgħin lil Puttinu Cares, li jagħmlu ġid bla qies.
Puttinu Cares għal ħafna nies hu spalla fuq xiex iserrħu f’mumenti diffiċli mmens. F’isem Gwida.mt nixtiequ nirringrazzjaw lil Puttinu Cares tax-xogħol siewi li jagħmel. Grazzi!
Facebook / Puttinu Cares