Doris hi l-persuna li qiegħda tissemma ħafna wara l-filmati tar-riċetti li qed ixxerred mas-segwaċi tagħha u fuq il-mezzi soċjali.

Kien hemm bosta li bagħtulha biex jirringrazzjawha u jifirħulha għal dan li qed tagħmel, iżda t-tmaqdir u l-kummenti negattivi ma naqsux! Doris xtaqet turi l-apprezzament tagħha lejn dawk kollha li faħruha għall-filmati u r-riċetti kif ukoll irringrazzjat personalment lil kull min qed isegwiha kontinwament.

Għal dawk li ma ħadux grazzja magħha jew m'għoġbithomx, xtaqet tgħidilhom: " Nifhem li hemm min m'għoġbuhx il-filmati tiegħi u ngħidilhom 'Jekk Jogħġobkom tarawx il-filmati tiegħi u araw dawk li tixtiequ' ". 

Hemm xi riċetta minn tagħha li għoġbitek?


Kyle Zarb