Shawn Mifsud, raġel malti li minkejja kull ostaklu ta’ saħħa li kellu, baqa’ jurina kemm hi b’saħħitha d-determinazzjoni, illum ħa mument biex jawgura lill-għażiża martu f’għeluq sninha. Hu rringrazzjaha talli minkejja kull sfida li ġabet magħha l-ħajja, il-mara tiegħu Graziana baqgħet miegħu toffrilu l-appoġġ.
Hu kiteb, “Għeluq sninek it-tajjeb lil marti tal-ġenn! Int verament l-anġlu tiegħi. Wara kollox li għaddejna minnu, għadek hawn – b’saħħtek, mimlija mħabba, u dejjem hemm, mhux biss għalija, imma għal familja kollha. Nirringrazzjak minn qalbi għal dak kollu li tagħmel.”
Żied jgħid, “Inħobbok aktar milli jistgħu jgħidu l-kliem. Grazzi.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nisperaw li kellha ġurnata mill-isbaħ kif tassew jixirqilha!
Facebook / Shawn U Graziana Mifsud