Lynn Chircop; avukat u kantanta tellgħet filmat fuq facebook fejn qalet li xejn u xejn ma jkollha aptit wara ġurnata xogħol. B'dehra eżawrita wara ġurnata ta' ħidma, it-tbissima fuq wiċċ Lynn xorta hija evidenti u għaliex?

Propju għaliex kif qalet hi stess, li kieku l-pjanu jitkellem, jgħidilna li wara ġurnata xogħol tmur u tiżvoga miegħu! Kemm hi sabiħa u ta' terapija l-mużika! Prosit Lynn li qsamt dan il-ħsieb għaliex wara kollox qed turi li hemm ħafna modi kif niġġieldu l-istress ta' kuljum; min b'ħaġa u min b'oħra.

Lil Lynn nawgurawlha wkoll għas-single l-ġdida li ser toħroġ dalwaqt bl-isem ta' Threading on eggshells. Awguri mill-qalb!

Ritratt: Facebook/ Lynn Faure Chircop


Clifford Galea