Frida Cauchi kitbet, "Wara 10 snin bi pjaċir ninfurmawkom li TVM se jerġa' jxandar is-sensiela ħelwa mimlija misteri u maġija: Il-Misteru tan-Nannu Ton. Minn nhar it-Tlieta 21 ta' Lulju u ta' kull nhar ta' Tlieta fuq TVM fl-10.00AM u fuq TVM2 dak in-nhar stess fis-18.45. Segwu u idħlu f'dinja misterjuża mimlija avventura mal-protagonisti tal-istorja!"

Ritratt: Facebook / Il-Misteru tan-Nannu Ton

Kontu ssegwuha din is-sensiela intom? Sensiela li kienet popolari ħafna mat-tfal! F'dawn il-vaganzi tas-sajf, issa ħafna tfal ħa jkollhom iċ-ċans jgħixu l-maġija wara din l-istorja u dak kollu li l-karattri jiltaqgħu magħhom. Is-sensiela għandha kitba ta' Dominic Said, direzzjoni tal-istess Friday Cauchi, mutaġġ ta' Jasper Azzopardi u produzzjoni ta' Herman Bonaci u Frida Cauchi. 

Facebook / Frida Cauchi


Emil Calleja Bayliss