Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Pizza Hut qasmu messaġġ mas-segwaċi tagħhom fejn qalu li r-ristorant tagħhom ġewwa Bugibba ser ikun qed jagħlaq il-bibien tiegħu wara diversi snin ta’ servizz.
Huma qalu, “ingħaqdu magħna biex nagħtu tislima xierqa lil Pizza Hut ta’ Bugibba. Wara ħafna snin mill-isbaħ, il-ħanut tagħna f’Bugibba se jkunu qed jingħalqulu l-Bibien fit-3 ta’ Novembru 2024. Din mhix ‘ċaw’ permanenti lin-North, imma ser narawkom aktar tard. Nixtiequ sinċerament nirringrazzjawkom tas-sapport li tajtuna matul is-snin.”
Pizza Hut ta’ Bugibba se jkun qed jagħlaq fit-3 ta’ Novembru u qalu li l-għeluq ta’ dan ir-ristorant huwa parti mill-istrateġija tagħhom biex ikomplu jespandu l-Pizza Hut u jesploraw opportunitajiet oħra.
Facebook/Pizza Hut