Dalgħodu, Nicholas qasam aħbar ta' diqa oħra li laqtet lill-familja tiegħu, hekk kif membru ieħor tal-familja għadda għal ħajja ta' dejjem. Nicholas sellem lil kuġinuh Fredu.

Huwa kiteb, "Wara biss xahar li tlifna lil ħuk, issa tlifniek ukoll. Il-familja tinsab taħt xokk, tipprova ssib kliem biex issabbar il-familja imma ma tistax, telfa kiefra wisq."

Nicholas jiddeskrivi lil kuġinuh bħala, "bniedem b’qalb tad-deheb" u jgħidlu, "l-Imħabba li kellek għall-familja kollha mhux ħa tintesa qatt. Strieħ fis-sliem kuġin Fredu. Kondoljanzi sinċiera lill-familji kollha tagħna.

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, insellmu lill-kuġin ta' Nicholas, Fredu u nagħtu l-kondoljanzi lill-familja kollha f'dan iż-żmien daqstant diffiċli.

Facebook / Nicholas Borg Bonaci


Emil Calleja Bayliss