Lil Wales ilna 64 sena ma narawhom jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

L-aħħar darba li ħadu sehem tilfu kontra t-tim Brażiljan, fejn dakinhar kien skorjalhom Pele li kien għad kellu biss 17-il sena. Lil Wales rajnihom jilagħbu fl-aħħar tliet edizzjonijiet tal-EURO, fejn is-sena l-oħra waslu sar-Round of 16. Fl-2012 u fl-2016 Wales ġew fl-istess grupp tar-rivali tagħhom l-Ingilterra, fejn ħarġu ddiżappuntati d-darbtejn li huma.

Għal darb’oħra, Wales reġgħu ġew fl-istess grupp fejn hemm l-Ingilterra u magħhom hemm ukoll l-Istati Uniti u l-Iran. 

Facebook / FA Wales


Henzley  Bezzina