L-ispettaklu, li nieda l-karrieri ta’ One Direction, Little Mix u Leona Lewis, ixxandar l-aħħar fl-2018 meta Dalton Harris kien ir-rebbieħ ta' din l-edizzjoni. Lil Dalton kellna ċ-ċans ukoll li narawh f'Malta, fl-ewwel staġun ta' X Factor Malta.

ITV u Simon Cowell m'għandhom l-ebda pjan għal serje oħra ta' The X Factor. F'dikjarazzjoni minn ITV huma kkonfermaw dan wara li The Sun qalet li l-ispettaklu tal-mużika ġie mwaqqaf kompletament minn Simon Cowell wara 17-il sena.

Jidher li ħa jkun hemm waqfa ta' ħames snin qabel jaraw jekk jirritornax jew le! Il-programm ġie mxandar għall-ewwel darba fl-2004 meta Steve Brookstein rebaħ l-ewwel edizzjoni u kien il-bidu tal-karrieri ta' Little Mix, Leona Lewis, One Direction, Olly Murs, JLS fost oħrajn.


Emil Calleja Bayliss