Hekk kif qed noqorbu għall-bidu tal-iskeda l-ġdida, smajna anke aktar informazzjoni dwar programmi li rajniehom matul l-aħħar sena. Fosthom ser jirritorna XOW, u lbieraħ staqsa lill-udjenza tiegħu lil min tixtieq li tara waqt il-programm.

Din id-darba f'post li tefgħu dalgħodu staqsew x'logħob jixtiequ li jaraw waqt XOW. Kif qed nitkellmu fuq il-logħob u l-isfidi li jsiru waqt il-programm, min taħsbu li ser ikun qed jieħu ħsiebhom? Hekk hu... ser tkun qed tirritorna Jacqui Losco għal XOW li jmiss!

Iktbu fil-kummenti dwar x'logħob u sfidi tixtiequ taraw waqt XOW!


Kyle Zarb