Il-makeup artist Diane Nikolic bħalissa għaddejja minn perjodu fejn tkun bieżla u għajjiena immens hekk kif kontinwament tkun qed tieħu ħsieb it-tim ta' X Factor Malta għall-ispettaklu li ser ikun ħa jsir. Fl-aħħar jiem b'mod partikolari, hekk kif għaddejjin is-serati taċ-Chair Challenge. 

 Diane kitbet ħsieb dwar xogħolha u dwar kif kull darba li tkun lestiet lil xi persuna għal xi serata, tħares lejha nnifisha u taraha fi stadju mhux daqstant sabiħ. "Idejja miksijin bil-mejkapp, li mbagħad jispiċċa fuq ħwejjġi, trab tal-powder jispiċċa kollu fuqi u meta jkun hemm il-glitter nispiċċa nhiddi bħal disco ball." 

Ċertament li din il-persuna bravissima ma qalitx dan biex tilmenta jew tgerger, iżda biex turi li minkejja s-sagrifiċċji li jġorr miegħu xogħolha, tinsab grata u kuntenta bil-kontribut impekkabbli li tagħti f'spettakli bħal X Factor Malta. F'din il-post partikolari Diane uriet waħda mid-dehriet li kellha l-ġurija Philippa Naudi. 

Tassew nammirawk Diane u xogħlok huwa imprezzabbli!  


Kyle Zarb