Meta Chelsea saret taf li Allen bies lil Sabrina, qabel ma telqet mill-villa, ħadet għaliha. F’konversazzjoni bejnha u Kyle, hu qalilha li m’għandhiex għalfejn tkabbar is-sitwazzjoni, għax fil-verità ma ġara xejn, iżda Chelsea saħqet li meta staqsiet lil Allen x’kien ġara, hu ma qalilhiex il-verità. “M’inix ngħaġġibhom. Irrabjata ħafna li waqqani għaċ-ċajt mhux quddiemkom biss, imma anka quddiem il-poplu Malti” qalet Chelsea.

Allen minn naħa l-oħra, jinsab irrabjat li Chelsea ma tridx torqod fl-istess sodda miegħu, u trid tmur ma’ Timmy. Allen spjega lil Nicola u Dale li kienet biss bewsa żgħirha, u ma fissret xejn. Hu kompla jgħid li għalkemm hu kwiet, la taqbiżlu tkun qabżet.


Nicole Zammit