Kevin Spiteri li kien jinterpreta l-parti ta' Walter f'Simpatiċi jgħid li: "il-ġlekk u l-ingravata ma kinux xi ħbieb kbar tiegħi" u dik kienet waħda mill-akbtar sfidi li kellu fil-karattru tiegħu. Karattru li niżel tajjeb mal-Maltin u l-Għawdxin, karattru li n-nies għadhom isemmu sal-lum.

Kevin jistqarr li mhux l-ewwel darba li jiltaqa' ma' xi ħadd u l-ewwel frażi li jsaqsih fejn huma l-ġlekk u l-ingravata, minkejja l-fatt li Simpatiċi ilu wieqaf tant snin dan ċertament juri l-popolarità li kien u għadu jgawdi.

Kevin isemmi wkoll il-memorji sbieħ li għandu ta' Mary Rose Bonello, magħrufa ma' kulħadd bħala n-nanna Katrin u jsemmi l-memorji sbieħ ta' Lino Grech. Fejn Kevin jistqarr, li kienet meravilja kif jgħaqqad l-istejjer flimkien.

Meta mistoqsi dwar mument ta' sodifazzjon, Kevin isemmi meta iltaqa' ma' xi ħadd fejn qallu li: "intom għaddejt l-aħjar sentejn ta' Simpatiċi". Dan minħabba li l-persuna kienet fis-sodda u kienet tieħu gost tara Simpatiċi.


Emil Calleja Bayliss