Patricia Neto, mara ta’ 79 sena mill-Pietà, kienet qiegħda tiekol f’restorant ġewwa Għar Lapsi, meta f’daqqa waħda sabet ruħha f’diffikultà meta bdiet tiekol biċċa laħam. TVMnews ħa l-kummenti ta’ Patricia Neto, u qalet li hi ma setgħetx tieħu nifs, u kienet ċerta li ser tmut. Iż-żewġ persuni li kienet magħhom mel-ewwel bdew jitolbu għall-għajnuna, u hemmek kien meta l-waiter Albaniż, Endri Demaj mar fuq is-sinjura Neto, u għenha tneħħi l-biċċa laħam billi tagħha l-ewwel għajnuna, u baqa’ magħha anka wara li rnexxielu jsalvaha.
Wieħed tajjeb li jkun midħla ta’ x’għandu jagħmel meta persuna tiġi f’diffikultà waqt li qiegħda tiekol. Dan il-filmat, jista’ jkun ta’ għajnuna:
Facebook / @Endri Demaj