Il-Ministru tal-Edukazzjoni l-Onorevoli Evarist Bartolo rrifletta fuq is-soċjetà li qed ngħixu fiha llum, kif xi ħaġa ta’ perikolu bħat-tipjip u s-sigaretti naqsu iżda l-użu tat-teknoloġija, speċjalment il-mobiles qed ikunu ta’ detriment għas-saħħa ta’ dak li jkun.

F’artiklu li deher fuq maltatoday.com.mt, il-Ministru fakkar li meta ġiet introdotta l-miżura kontra t-tipjip ġewwa kien hemm irreżista l-bidla, imma llum il-ġurnata ndrat u xi ħaġa li għoxrin sena ilu kienet tidher faqa l-mentalità nbidlet kompletament. Infatti jgħid li rari għadek tara lil xi ħadd b’sigarett fuq midja soċjali bħal Instagram.

Il-Ministru jgħid li waqt li din il-problema qed tonqos hemm oħra li qed tikber u tiggrava. Hu jsemmi l-problema li għandna tal-użu tal-mobiles u t-tablets, u l-fatt li ma niċċaqilux. Din il-problema qed twassal għal kriżi ta’ saħħa, u r-rata tal-obeżita tkompli tikber sena wara sena.

Din hi sfida madwar id-dinja kollha, mhux biss f’Malta jsostni l-Ministru iżda r-rata f’Malta hi l-għola fl-Ewropa. Dan ovvjament iwassal għal konsegwenzi oħra fis-settur tas-saħħa. Il-Ministru jgħid li biex jiġġieldu t-tipjip ittieħdu miżuri drastiċi u l-istess hemm bżonn li jsir fis-settur tal-obeżita.

View this post on Instagram

A post shared by Mike Disconzi (@mike.disconzi) on

Fl-iskejjel ġa żdiedu l-lezzjonijiet tal-eżerċizju fiżiku filwaqt li żdiedu inizjattivi oħra imma l-problema tmur ’il bogħod mill-iskejjel. Din trid tkun bidla fis-soċjetà inġenerali jtenni l-Ministru. Hu jemmen li l-fatt li ħafna huma maħkumin fuq il-mobile, tista’ twassal għal konsegwenzi ħafna agħar mit-tipjip.

Hu jagħlaq billi jgħid fl-artiklu tal-maltatoday.com.mt li l-bidla hi xi ħaġa li rridu naħdmu għaliha u li nintroduċu attitudni favur l-isport, l-eżerċizju u t-taħriġ fiżiku ħa tkun l-isfida ta’ dawn l-għaxar snin li ġejjin.

Facebook / Evarist Bartolo


Emil Calleja Bayliss