Dalgħodu għadu kif ġie mħabbar li l-kantant Victorio Gauci tal-band lokali The Crowns ħa jkun qed jingħaqad mat-tim ta' NET FM fil-programm Wake Up Call li għandu preżentazzjoni ta' Dylan Brignano u Stephanie Chircop. It-tielet preżentatriċi kienet Janet Barthet li aktar kmieni konna ħabbarna li ħa titlaq.
Ritratt: Facebook / NET FM
Victorio ħa jkun qed jibda avventura kompletament ġdida 'il bogħod mill-kant imma ċertament li l-vuċi tiegħu ħa tinżel għasel ma' dawk kollha li filgħodu jiddeċiedu li jisimgħu l-programm Wake Up Call fuq NET FM. Ċertament li l-għażla tal-kanzunetti tiegħu ħa tkun waħda friska u kurrenti.
Victorio flimkien mal-band tiegħu jumejn ilu ħabbru wkoll li aktar tard ix-xahar id-dieħel ħa jkunu qed iniedu album permezz ta' kunċert li ħa jseħħ fil-25 t'Ottubru. Il-biljetti għal dan il-kunċert joħorġu aktar tard din il-ġimgħa.
Ritratt: Facebook / The Crowns
Kollox jindika li ħa jkun żmien verament impenjattiv għal Victorio. F'isem Gwida.mt nawgurawlu f'din l-avventura fi ħdan NET FM u wkoll għat-tnedija tal-album tiegħu.
Hu interessanti ferm li naraw kantanti lokali jippreżentaw fix-xena tar-radju lokali għax ikompli jressaq lil dawn il-personalitajiet viċin is-semmiegħa. Awguri Victorio!
Facebook / Victorio Gauci