Is-sewwieq Ġermaniż ta’ Aston Martin, Sebastian Vettel, ma kellux tellieqa memorabbli dan il-weekend minħabba li kellu jirtira mit-tellieqa ġewwa l-Ingilterra wara ħsara li kellu fil-karozza.

Għalkemm kellu diżappunt fit-tellieqa, Vettel baqa’ fuq il-post wara li n-nies li attendew telqu kollha, sabiex jgħin biex jitnaddaf il-ħmieġ li tħalla. Xi nies li attendew din it-tellieqa baqgħu hemm ukoll u kienu ta’ għajnuna, flimkien ma’ Vettel sabiex titnaddaf l-arena.

Dan huwa ġest ta’ min ifaħħru, speċjalment meta tqis id-diżappunt ta’ Vettel fit-tellieqa.


Henzley  Bezzina