Wara l-każ tal-hit and run li ġara lbieraħ, bosta persuni jinsabu mħassba dwar kemm hu sigur is-sewqan fit-toroq f’Malta.

Marisa D’Amato xerdet post ta’ Fr. Dillon Bugeja fejn dan tkellem dwar ir-rabja li wieħed ikollu waqt li dan qed isuq, anke minħabba żbalji ta’ ħaddieħor. Hu jikteb li s-sewqan mhux kompetizzjoni imma mezz ta’ trasport u li hemm bżonn tikkontrolla r-rabja fit-triq u tiprattika t-tolleranza u s-solidarjetà ma’ min qed isuq quddiemek.

Marisa tgħid li “bħala kunsillier, jiena dejjem kont voċifera rigward iż-żieda allarmanti ta’ sleeping police li kontinwament jiġu mitluba. Kategorikament ngħid li jiena ma naqbel xejn magħhom. Apparti li ma għandhom użu ta’ xejn għax kulħadd jiġi ala biebu u jgħaddu sparati xorta minn fuqhom, jekk se tagħti kashom u tnaqqas il-veloċita, dan ifisser li ser tinkwina aktar”.

Tgħid ukoll li joħroġ biċ-ċar li aħna tant kemm aħna indixxiplinati fis-sewqan li, l-unika alternattiva li nstabet kienet li nimlew il-pajjiż bit-tumbati biex jinżamm il-limitu tas-sewqan.

Facebook / Marisa D'Amato


Henzley  Bezzina