Il-ġimgħa li għaddiet, fuq il-programm Popolin, tkellmet Gillian Attard il-kantanta lokali li llum tiffoka fuq l-iskola tagħha tal-kant La Voix Academy. Gillian qasmet esperjenza personali mmens mat-tim ta' Popolin u s-segwaċi tal-programm lokali.

Hi tkellmet dwar iż-żewġ korrimenti li kellha tul l-aħħar snin u tiddeskrivi dak li ħasset. Żgur li mhux sitwazzjoni faċli għall-ebda persuna, la għall-omm u anqas għall-missier u l-familja kollha. Gillian tesprimi l-emozzjonijiet li ħasset, mhux darba iżda darbtejn fuq xulxin.

Hi wkoll taqsam l-esperjenza tagħha dwar it-telfa li ħasset meta kienet imħajra taddotta tarbija minn barra minn xtutna. Segwu l-filmat u l-istorja tagħha hawn taħt! Nittamaw li ħafna jagħmlu l-kuraġġ meta jgħaddu minn żminijiet bħal dawn!

Facebook / Popolin


Gwida.mt