Ilbieraħ, permezz ta' Twitter, il-kantant Ingliż Duncan James tkellem dwar Destiny u l-kanzunetta ta' Malta Je Me Casse. Duncan staqsa lis-segwaċi tiegħu min jinsab ħerqan u qal li jemmen li Malta din is-sena ħa tagħmilha, grazzi għal Destiny u l-kanzunetta Je Me Casse.

Il-kantant kompla jsemmi erba' pajjiżi oħra li għoġbuh, dawn huma l-kanzunetti tal-Kroazja u ta' Franza, flimkien mal-kanzunetti tal-Awstrija u l-Bulgarija. Nittamaw li Duncan James iġibilna xi ftit fortuna biex Malta tasal biex tikseb l-ewwel rebħa tagħha f'dan il-festival tant u tant prestiġġjuż.

Il-kantant kien ħa sehem għar-Renju Unit fis-sena 2011 flimkien mal-band Blue bil-kanzunetta I Can, li kienet spiċċat fil-11-il post tas-serata finali.

Facebook / Duncan James


Emil Calleja Bayliss