Il-Prim Ministru Dr. Robert Abela għadu kif tefa' fuq il-profil tiegħu ta' Facebook dwar żjara li kellu minn persuna prominenti u li kellu fuq xix jitkellem magħha! 

Fil-fatt Dr. Abela żaru l-President tal-FIFA Gianni Infantino ġewwa Kastilja. "Ma setax jonqos li mal-President tal-assoċjazzjoni li tmexxi l-football dinji, nitkellmu dwar il-futur ta’ dan l-isport wara l-isfidi serji li ġabet magħha l-pandemija kif ukoll dwar l-iżvilupp tal-football Malti b’aktar investiment fil-faċilitajiet u fit-taħriġ tat-tfal tagħna."

Flimkien mal-messaġġ li kiteb dwar din iż-żjara, Dr. Abela anke xerred xi ritratti meħudin aktar kmieni. 


Kyle Zarb