Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza ħabbru li Valerie Vella u Chris Grech huma ż-żewġ preżentaturi li se jkunu qed imexxu s-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza ta' nhar il-Ġimgħa 22 ta' Settembru, fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta.

Aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet ħabbarna li ma' Chris Grech kellha tingħaqad preżentatriċi mara u din mhi ħadd ħlief il-maħbuba u simpatika Valerie Vella. Fuq il-paġna tal-istess konkors ġie mħabbar ukoll li l-biljetti għas-serata finali se ssir bħala għada xahar jinsabu wkoll għall-bejgħ. Wieħed jista' jagħmel dan billi jagħfas HAWN.

Barra minn hekk, ġie mħabbar li l-kantanta Cherylis li rebħet l-aħħar edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza se tkun il-mistiedna speċjali ta' dan il-konkors. Hija se tkun qed tinterpreta l-kanzunetta Nifs bi kliem ta' Emil Calleja Bayliss u mużika ta' Philip Vella.

Fl-istess serata, il-kantanta mistennija li tniedi silta ġdida miktuba mill-istess tim. Ninsabu ħerqana biex nisimgħu biex ħarġet din il-kantanta bravissima.

Facebook / Konkors Kanzunetta Indipendenza


Gwida.mt