Il-personalità wara l-kostum tal-Kavallier fuq The Masked Singer Malta ma kienet ħadd ħlief il-mudella u rebbieħa ta’ Britain’s Next Top Model, Tiffany Pisani. Waqt li l-episodji bdew jiżvolġu, il-ħjiel li ngħataw b’mod gradwali bdew iwasslu lill-ġurija u lit-telespettaturi biex jibnu stampa aktar ċara ta’ min jista’ jkun moħbi wara l-maskra.

Kienet Valentina Rossi, waħda mill-ġurati tal-programm, li fl-aħħar ħin rnexxielha taqta’ sew l-identità tal-Kavallier, eżatt qabel ma tneħħiet il-maskra u żvelat ruħha quddiem il-pubbliku Malti. Il-ħjiel dwar l-esperjenza internazzjonali tagħha, il-karriera fil-moda, u l-mod kif kienet timxi u titkellem fuq il-palk kollha wasslu biex Valentina taqta' min hi.

Id-dehra ta’ Tiffany fuq il-programm ġiet milqugħa b’sorpriża u eċċitament, u żgur li żiedet ma’ dawk il-mumenti memorabbli li jagħmlu The Masked Singer maħbub.


Emil Calleja Bayliss