Ħasdet lill-ammiraturi tagħha meta ddeċidiet li taqta' xagħarha iżda xerqilha u konna drajnieha bih qasir. Rajnieha f'diversi kampanji matul l-aħħar xhur u bħalissa qed narawha wkoll fuq Malta's Got Talent.

Iżda jidher li Valentina ddeċidiet li terġa' ttawwal xagħarha! Fuq il-mezzi soċjali tagħha qasmet ritratti b'xagħar twil magħmul minn Karl Brincau. Hi ttagjat lil Gabrielle Grungov li ħaditilha ħsieb l-irtokk u lil Kris Micallef li ħa r-ritratt.

Valentina, mara sabiħa li tista' ikun xi jkun l-istil ta' xagħarha xorta waħda ħa tidher tajjeb u tħalli impressjoni. Ladarba Malta's Got Talent jidħol għall-fażi live, għandna nistennew lil Valentina b'xagħar twil.

Allura x'taħseb mid-dehra l-ġdida ta' Valentina, tippreferiha b'xagħar twil jew qasir kif kien

Instagram / Valentina Rossi


Emil Calleja Bayliss