Illum Valentina Rossi se torganzza party tal-klieb biex tiċċelebra għeluq snin il-kelb tagħha Bailey li għadu kif għalaq ħames snin.

bailey

Ilbieraħ fil-programm tar-radju Nate, Frank & Rossi fuq l-istazzjon Vibe Fm, Valentina  stqarret li preparat id-doggy bags bħala rigali għall-klieb li se jattendu u xtrat xampanja apposta tal-klieb kif ukoll xi treats.

partay

Jidher li dan mhux l-ewwel darba li Valentina Rossi għamlet birthday party għall-kelb tagħha. Fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-passat, sal-birthday cake kienet għamlitlu, u libsitu kappell apposta!

partay

Frank Zammit mistieden għall-party avolja m’għandux kelb. Għalkemm is-sena l-oħra kien qal li dis-sena ma jiġix żgur, dis-sena stqarr li b’xi mod aċċetta li jattendi xorta. Nate Darmanin mhux sejjer milli jidher.

partay

Awguri Bailey… dal-kelb veru xortih tajba! Tidher li għandek bokka bih mhux ħazin, Val.

Facebook/Valentina Rossi


Nicole Barbara