Bħal dejjem Danita xerrdet parir mill-esperjenza tagħha ta' omm, li żgur jgħodd għal ħafna minna! Fil-kontenut tagħha kemm-il darba tinkludi lill-familjar tagħha, l-iktar nies li tgħożż f'ħajjitha.

"Il-ħajja ta ġenitur fija ħafna responsabiltajiet li t-tfal ma għandomx idea tagħhom. Irridu naħdmu, rridu nieklu, u rridu nħallu dar nadifa. Għat tfal ftit ikun fadal ħin u bix-xogħol u l-istress tal-ħajja, jaf dak il-ħin ma tfal inqattawħ bin-nervi u b’għajja kbira."

Danita tkompli tikteb kif hu importanti dak il-ħin li jkun iddedikat lil uliedna, u moħħna jkun iffukat biss fuqhom. Veru huwa diffiċli li tlaħħaq ma' kollox fil-ħajja tal-lum, iżda l-ħin mal-ulied jibqa' prijorità.

"Memorji u avventuri ġodda li jiswew daqs l-iskola. X’ma jieħdux gost u X’ma jkunux ferħanin. Magħhom 24/7." Prosit Danita x'erba' kelmiet dawk! 


Kyle Zarb